EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/103

Kawża T-339/07: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Settembru 2007 — Juwel Aquarium vs L-UASI — Potschak — Bavaria Aquaristik (Panorama)

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/57


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2007 — Juwel Aquarium vs L-UASI — Potschak — Bavaria Aquaristik (Panorama)

(Kawża T-339/07)

(2007/C 269/103)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Juwel Aquarium GmbH & Co. KG (Rotenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: avukati D. Jestaedt u G. Rother)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Christian Potschak — Bavaria Aquaristik

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ġunju 2007 (R 214/2006-1);

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' nullità tal-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-appell dwar it-trade mark Komunitarja “Panorama” (Nru ta' applikazzjoni 2771087);

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: it-trade mark verbali “Panorama” għal prodotti fil-klassijiet 11, 16 u 20 (trade mark Komunitarja Nru 2771087).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Christian Potschak — Bavaria Aquaristik.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: ċaħda tat-talba ta' dikjarazzjoni ta' nullità.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: l-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta' nullità parzjali tat-trade mark Komunitarja Nru 40/94.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li t-trade mark Komunitarja “Panorama” mhijiex sempliċiment deskrittiva. Barra dan, is-sinjal “Panorama” mhuwiex ta' użu komuni skond l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament Nru 40/94 u għalhekk mhuwiex isem sempliċiment ġeneriku.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja.


Top