EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/08

Kawża C-260/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 13 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana ( Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Libertà ta' stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi — Konċessjonijiet ta' servizz pubbliku — Tiġdid ta' 329 konċessjoni fir-rigward tal-ġestjoni u t-teħid ta' mħatri fuq tiġrijiet taż-żwiemel mingħajr sejħa għal offerti — Rekwiżiti ta' pubbliċità u trasparenza )

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-260/04) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta' stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Konċessjonijiet ta' servizz pubbliku - Tiġdid ta' 329 konċessjoni fir-rigward tal-ġestjoni u t-teħid ta' mħatri fuq tiġrijiet taż-żwiemel mingħajr sejħa għal offerti - Rekwiżiti ta' pubbliċità u trasparenza’)

(2007/C 269/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Wiedner, C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. De Bellis, avvocato dello Stato)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Molde, aġent), Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-prinċipju ta' trasparenza u ta' l-obbligu ta' pubbliċità li joħorġu mill-Artikolu 43 KE et seq u mill-Artikolu 49 KE et seq — Tiġdid, mingħajr ma saret sejħa għal offerti qabel, ta' 329 konċessjoni fir-rigward tal-ġestjoni u t-teħid ta' mħatri fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel

Dispożittiv

1)

Billi ġeddet 329 konċessjoni għall-ġestjoni ta' mħatri fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel mingħajr ma organizzat ebda proċedura ta' sejħiet għal offerti, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 49 KE u, b'mod partikolari, kisret il-prinċipju ġenerali ta' trasparenza kif ukoll l-obbligu li jiġi ggarantit livell ta' pubbliċità adegwat.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 28.8.2004.


Top