Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0488

    Kawża T-488/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Kaufdas.online vs EUIPO – Kaufland (KAUFDAS ONLINE)

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 96–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/96


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Kaufdas.online vs EUIPO – Kaufland (KAUFDAS ONLINE)

    (Kawża T-488/22)

    (2022/C 359/117)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Kaufdas.online sp. z o.o. (Gubin, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kaufland Dienstleistung GmbH & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “KAUFDAS ONLINE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 113 140

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1972/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-28 ta’ Settembru 2021 fil-Każ Nru B 106 146 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha li għalihom ġiet milqugħa l-oppożizzjoni;

    tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex ibiddel id-deċiżjoni fuq il-mertu u jirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Nru 18 113 140 għall-prodotti u għas-servizzi kollha kkonċernati, bla ħsara għal dawk li ma humiex ikkontestati;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top