EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0473

Kawża T-473/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2022 – Gürok Turizm ve Madencilik vs EUIPO – Darvas and Pap (LAAVA)

ĠU C 359, 19.9.2022, p. 93–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/93


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2022 – Gürok Turizm ve Madencilik vs EUIPO – Darvas and Pap (LAAVA)

(Kawża T-473/22)

(2022/C 359/114)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi (Kütahya, it-Turkija) (rappreżentanti: M. López Camba u A. Lyubomirova Geleva, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gábor Darvas (Budapest, l-Ungerija), Dorina Pap (Kiskunhalas, l-Ungerija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikanti għat-trade mark kontenzjuża: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LAAVA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 209 861

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1745/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din iżżomm iċ-ċaħda tal-oppożizzjoni u tordna lill-opponenti/appellanti tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti minn Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi;

tikkundanna lil Gábor Darvas u lil Dorina Pap għall-ispejjeż sostnuti minn Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top