Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0471

    Kawża T-471/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – QM vs Il-Kunsill

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 92–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/92


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – QM vs Il-Kunsill

    (Kawża T-471/22)

    (2022/C 359/112)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrent: QM (rappreżentant: St. Koev, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli u fondat fl-intier tiegħu u tiddikjara li l-motivi kollha invokati fir-rikors huma fondati;

    tikkonferma li l-atti kkontestati jistgħu jiġu parzjalment annullati;

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/849 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/840 tat-30 ta’ Mejju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2) sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali tar-rikorrent, għall-ispejjeż, għall-onorarji u għal spejjeż oħra marbuta mad-difiża tiegħu.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv: ksur serju tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.

    2.

    It-tieni motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill.

    3.

    It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    4.

    Ir-raba’ motiv: żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill.

    5.

    Il-ħames motiv: ksur tad-dritt għall-proprjetà, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-libertà ekonomika.

    6.

    Is-sitt motiv: ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet ta’ għajxien normali.

    7.

    Is-seba’ motiv: ksur serju tad-dritt għal reputazzjoni tajba.


    (1)  ĠU 2022, L 148, p. 52.

    (2)  ĠU 2022, L 148, p. 8.


    Top