EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0465

Kawża T-465/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

ĠU C 359, 19.9.2022, p. 88–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/88


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-465/22)

(2022/C 359/107)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti lir-rikorrent skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Special Term Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self b’Dispożizzjonijiet Speċifiċi għall-Proġett tat-Triq Aleppo – Tall Kojak) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mill-25 ta’ Awwissu 2017, li jinkludi:

EUR 233 051,96, li huwa l-ammont dovut lir-rikorrent fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kollu kapital ta’ EUR 200 900,30, interessi ta’ EUR 2 014,25 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 30 137,41.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ta’ 3,5 % (350 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mill-25 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self.


Top