Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0208

    Kawża T-208/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2022 – Makhlouf vs Il-Kunsill

    ĠU C 237, 20.6.2022, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 237, 20.6.2022, p. 59–60 (GA)

    20.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 237/61


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2022 – Makhlouf vs Il-Kunsill

    (Kawża T-208/22)

    (2022/C 237/79)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kinda Makhlouf (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: G. Karouni u K. Assogba, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/242 tal-21 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-Anness I tagħha;

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/237 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u l-Anness II tiegħu;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 50 000 bħala danni b’kumpens għall-ħsarat kollha kkawżati;

    Skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, kull parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż. Kinda Makhlouf titlob li l-Kunsill ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minnha u dawk li hija tirriżerva d-dritt li tiġġustifika matul il-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-206/22, Makhlouf vs Il-Kunsill.


    Top