EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0095
Case T-95/22: Action brought on 21 February 2022 — Kanyama v Council
Kawża T-95/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Kanyama vs Il-Kunsill
Kawża T-95/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Kanyama vs Il-Kunsill
ĠU C 148, 4.4.2022, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 148, 4.4.2022, p. 37–37
(GA)
4.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/44 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Kanyama vs Il-Kunsill
(Kawża T-95/22)
(2022/C 148/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Célestin Kanyama (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (1) sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-numru 4 tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (2) sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-numru 4 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-90/22, Kande Mupompa vs Il-Kunsill.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 75).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 3).