Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0063

    Kawża T-63/22: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2022 – Brooks England vs EUIPO – Brooks Sports (BROOKS ENGLAND)

    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 25–26 (GA)

    4.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/33


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2022 – Brooks England vs EUIPO – Brooks Sports (BROOKS ENGLAND)

    (Kawża T-63/22)

    (2022/C 148/44)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Brooks England Ltd (Smethwick, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Feltrinelli, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brooks Sports, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BROOKS ENGLAND – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 298 321

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 2432/2020-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ l-azzjoni tar-rikorrenti;

    tannulla kompletament id-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tiddikjara li s-sinjal ikkontestat għandu jiġi rreġistrat għall-prodotti kkontestati kollha;

    sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li s-sinjal ikkontestat għandu jiġi rreġistrat tal-inqas għall-prodotti kkontestati fil-klassi 18;

    tikkundanna lill-EUIPO jirrimborsa l-ispejjeż legali kollha sosntuti mir-rikorrenti marbuta mal-proċeduri preċedenti u preżenti.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi b’mod żbaljat evalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjal ikkontestat u t-trade mark preċedenti;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi b’mod żbaljat evalwa l-prova tal-użu tat-trade mark preċedenti;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi b’mod żbaljat evalwa l-paragun tal-prodotti;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi b’mod żbaljat evalwa l-paragun tas-sinjal u r-riskju ta’ assoċjazzjoni.


    Top