EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0416

Kawża T-416/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2022 – Fresenius Kabi Austria et vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva ‘soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ hydroxyethyl starch (HES)’ – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 463, 5.12.2022, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/53


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2022 – Fresenius Kabi Austria et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-416/22 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva ‘soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ hydroxyethyl starch (HES)’ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 463/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fresenius Kabi Austria GmbH (Graz, l-Awstrija) u l-14-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: W. Rehmann u A. Knierim, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Escobar Gómez u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħhom ibbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 3591 final tal-24 ta’ Mejju 2022 li tikkonċerna, fil-kuntest tal-Artikolu 107p tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom is-sustanza attiva “soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ hydroxyethyl starch (HES)”, wara evalwazzjoni ta’ studju dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top