Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0165

Kawża T-165/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – Saure vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Lis pendens – Inammissibbiltà”)

ĠU C 463, 5.12.2022, pp. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – Saure vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Rifjut ta’ aċċess - Lis pendens - Inammissibbiltà”)

(2022/C 463/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Wilhelm Saure (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Partsch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, K. Herrmann u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 870 final, tas-7 ta’ Frar 2022, dwar rifjut ta’ aċċess għal ċerti dokumenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Hans-Wilhelm Saure għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 198, 16.5.2022.


Top