Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0610

Kawża C-610/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Pistoia (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2022 – QX vs Agos Ducato SpA

ĠU C 482, 19.12.2022, pp. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Pistoia (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2022 – QX vs Agos Ducato SpA

(Kawża C-610/22)

(2022/C 482/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Pistoia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QX

Konvenut: Agos Ducato SpA

Domanda preliminari

L-obbligu li l-Istati Membri għandhom li jiggarantixxu li “id-dispożizzjonijiet li jadottaw biex jimplimentaw din id-direttiva ma jiġux evitati bħala riżultat tal-mod kif l-arranġamenti [il-kuntratti] jiġu fformulati”, previst fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (1), ikopri biss l-assenza ta’ indikazzjoni tar-RPAI fil-kuntratt jew inkella anki l-indikazzjoni żbaljata tagħha fil-kuntratt innifsu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326.


Top