Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0585

    Kawża C-585/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Settembru 2022 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 463, 5.12.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 463/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Settembru 2022 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-585/22)

    (2022/C 463/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: X BV

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 49, 56 u/jew 63 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, l-interessi li jirriżultaw minn dejn ta’ self miftiehem ma’ organu marbut ma’ persuna taxxabbli, liema dejn huwa relatat mal-akkwist jew maż-żieda ta’ sehem f’organu li, wara dan l-akkwist jew din iż-żieda, jkun organu marbut, ma jistgħux jitnaqqsu meta jiġu stabbiliti l-profitti tal-persuna taxxabbli, peress li d-dejn ikkonċernat għandu jiġi kklassifikat bħala (parti minn) arranġament purament artifiċjali, indipendentement minn jekk id-dejn ikkonċernat, meqjus waħdu, kienx ġie miftiehem konformement mal-kundizzjonijiet tas-suq?

    2)

    Jekk l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fin-negattiv, l-Artikoli 49, 56 u/jew 63 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha t-tnaqqis tal-interessi li jirriżultaw minn dejn ta’ self miftiehem ma’ organu marbut ma’ persuna taxxabbli u kklassifikat bħala (parti minn) arranġament purament artifiċjali, liema dejn huwa relatat mal-akkwist jew maż-żieda ta’ sehem f’organu li, wara dan l-akkwist jew din iż-żieda, jkun organu marbut, meta jiġu stabbiliti l-profitti tal-persuna taxxabbli, huwa rrifjutat kompletament, ukoll sa fejn l-interessi, meqjusa waħedhom, ma jaqbżux l-ammont li jkun ġie miftiehem bejn impriżi indipendenti?

    3)

    Ir-risposta tal-ewwel u tat-tieni domanda tkun differenti jekk l-akkwist jew żieda kkonċernata tas-sehem jirrelataw ma’ (a) jekk organu li diġà qabel dan l-akkwist jew din iż-żieda kien organu marbut ma’ persuna taxxabbli jew (b) organu li biss wara dan l-akkwist jew din iż-żieda isir organu marbut ma’ persuna taxxabbli?


    Top