Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0418

    Kawża C-418/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance du Luxembourg (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – SA Cezam vs État belge

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/43


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance du Luxembourg (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – SA Cezam vs État belge

    (Kawża C-418/22)

    (2022/C 359/50)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance du Luxembourg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SA Cezam

    Konvenut: État belge

    Domandi preliminari

    1)

    It-tieni punt tal-Artikolu 62, l-Artikoli 63, 167, 206, 250 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif interpretat, b’mod partikolari, fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2019 EN.SA (C-712/17), moqri flimkien mal-prinċipju ta’ newtralità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 70, § 1 tal-Code de la TVA (il-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), l-Artikolu 1 u l-Intestatura V tat-Tabella G annessa mal-arrêté royal no 41 fixant le montant des amendes fiscales proportionnelles en matière de taxe sur la valeur ajoutée (id-Digriet Irjali Nru 41 li Jistabbilixxi l-Ammont tal-Multi Fiskali Proporzjonali fil-Qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), li bis-saħħa tagħha fil-każ ta’ ineżattezzi kkonstatati waqt il-verifika tal-kontabbiltà fir-rigward tal-kontenut tagħha, sabiex jiġu ssanzjonati t-tranżazzjonijiet taxxabbli li ma ġewx irreġistrati, kompletament jew parzjalment, u fir-rigward ta’ ammont ogħla minn EUR 1 250, il-ksur huwa ssanzjonat b’multa fil-forma ta’ somma f’daqqa mnaqqsa b’20 % tat-taxxa dovuta, mingħajr ma huwa possibbli, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, li titnaqqas minnha t-taxxa tal-input, minħabba li din tal-aħħar ma tnaqqsitx peress li ma ġietx iddikjarata u meta skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Digriet Irjali Nru 41, l-iskala ta’ tnaqqis prevista fit-Tabelli A sa J tal-anness għal dan id-digriet hija applikabbli biss sakemm il-ksur issanzjonat ikun twettaq mingħajr l-intenzjoni ta’ evażjoni jew li tiġi ffaċilitata l-evażjoni tat-taxxa?

    2)

    Ir-risposta għad-domanda hija affettwata mill-fatt li l-persuna taxxabbli tkun ħallset l-ammont tat-taxxa dovuta, b’mod volontarju jew le, sussegwentement għall-verifika sabiex tirregolarizza l-pagament insuffiċjenti tat-taxxa u, għaldaqstant, mill-fatt li jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-ġbir eżatt tagħha?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top