EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0414

Kawża C-414/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – DocLX Travel Events GmbH vs Verein für Konsumenteninformation

ĠU C 359, 19.9.2022, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – DocLX Travel Events GmbH vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-414/22)

(2022/C 359/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DocLX Travel Events GmbH

Konvenut: Verein für Konsumenteninformation

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjaġġatur għandu f’kull każ id-dritt li jxolji l-kuntratt mingħajr ħlas – indipendentement mid-data li fiha huwa jiddikjara x-xoljiment tal-kuntratt – jekk iċ-ċirkustanzi inevitabbli u eċċezzjonali li għandhom konsegwenzi sinjifikattivi fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett tal-ivvjaġġar effettivament seħħew fid-data (prevista) tal-bidu tal-vjaġġ?

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjaġġatur jista’ jinvoka d-dritt li jxolji l-kuntratt mingħajr ħlas meta, fid-data li fiha huwa jiddikjara x-xoljiment tal-kuntratt, ikun mistenni li jseħħu ċirkustanzi inevitabbli u eċċezzjonali?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


Top