Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0395

    Kawża C-395/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Ġunju 2022 – “Trade Express-L” OOD vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia “Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi”

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Ġunju 2022 – “Trade Express-L” OOD vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia “Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi”

    (Kawża C-395/22)

    (2022/C 359/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Varna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent:“Trade Express-L” OOD

    Konvenut: Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia “Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi”

    Domandi preliminari

    1)

    Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (1), kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (2) u fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, irrikonoxxut fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiddefinixxi l-persuni li jkunu wettqu wasliet intra-Komunitarji ta’ żjut tal-lubrifikazzjoni, fis-sens tal-punt 3.4.20 tal-Anness tar-Regolament Nru 1099/2008 (jew, jekk ikun il-każ, l-importaturi ta’ dawn iż-żjut) bħala l-persuni obbligati jistabbilixxu ħażniet ta’ emerġenza?

    2)

    Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita t-tipi ta’ prodotti li l-ħażniet ta’ emerġenza tagħhom għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma għal parti biss mit-tipi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 2(i) ta’ din id-direttiva, ikkunsidrat flimkien mal-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008?

    3)

    Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li t-twettiq ta’ wasliet intra-Komunitarji, jew ta’ importazzjonijiet, ta’ tip ta’ prodott kopert mill-Artikolu 2(i) ta’ din id-direttiva, ikkunsidrat flimkien mal-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008 minn persuna partikolari jagħti lok għall-obbligu għal din il-persuna li tistabbilixxi u li żżomm ħażniet ta’ emerġenza ta’ tip ieħor ta’ prodott differenti?

    4)

    Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq persuna partikolari l-obbligu li tistabbilixxi u li żżomm ħażna ta’ prodott li hija ma tużax fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha u li ma għandu ebda rabta magħha, obbligu dan li barra minn hekk jissuġġettaha għal piż finanzjarju sinjifikattiv (li jagħmel l-osservanza ta’ dan l-obbligu impossibbli fil-prattika) minħabba li hija ma għandhiex il-prodott inkwistjoni u minħabba li hija ma hijiex importatur u/jew depożitant?

    5)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiva għal xi waħda minn dawn id-domandi, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li wettqet wasliet intra-Komunitarji jew importazzjonijiet ta’ tip ta’ prodott partikolari tista’ tkun suġġetta għall-obbligu li tistabbilixxi u li żżomm ħażniet ta’ emerġenza biss tal-istess tip ta’ prodott li kien is-suġġett tal-imsemmija wasliet/importazzjonijiet intra-Komunitarji?


    (1)  ĠU 2009, L 265, p. 9.

    (2)  ĠU 2008, L 304, p. 1.


    Top