Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0162

    Kawża C-162/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Marzu 2022 – A. G. vs Lietuvos Respublikos generalinę prokuratūrą

    ĠU C 237, 20.6.2022, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 237/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Marzu 2022 – A. G. vs Lietuvos Respublikos generalinę prokuratūrą

    (Kawża C-162/22)

    (2022/C 237/37)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: A.G.

    Parti oħra fil-proċedura: Lietuvos Respublikos generalinė prokuratūra

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1), moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u 11 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti milli jużaw data, miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mwettqa minn utent ta’ mezz ta’ komunikazzjoni elettronika, f’investigazzjonijiet dwar aġir illegali fil-kariga relatat mal-korruzzjoni, indipendentement mill-punt jekk l-aċċess għal din id-data ngħatax fil-każ inkwistjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u l-prevenzjoni tat-theddid serju kontra s-sigurtà pubblika?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.


    Top