Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0316

    Kawża T-316/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2021 – Worldwide Machinery vs EUIPO – Scaip (SUPERIOR MANUFACTURING)

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/51


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2021 – Worldwide Machinery vs EUIPO – Scaip (SUPERIOR MANUFACTURING)

    (Kawża T-316/21)

    (2021/C 289/69)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Worldwide Machinery Ltd (Channelview, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Woltering, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scaip SpA (Parma, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “SUPERIOR MANUFACTURING” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 385 333

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 873/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-12 ta’ Marzu 2020 fil-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni Nru 28 762 C sa fejn ġiet miċħuda t-talba għal revoka tat-trade mark tal-Unjoni (Nru 11 385 333);

    tirrevoka t-trade mark ikkontestata tal-Unjoni għall-prodotti li ġejjin: Klassi 12: Magni awtopropulsivi għall-ħolqien ta’ pipelines taż-żejt, conduits tal-gass u tal-ilma; vetturi tal-art, jiġifieri tagħmir awtopropulsiv għall-installazzjoni ta’ pajpijiet; kits għall-konverżjoni ta’ vetturi tal-art li jimxu fuq katina ddur f’vetturi tal-art li jikkostitwixxu tagħmir awtopropulsiv għall-installazzjoni ta’ pajpijiet; bramel tal-għarbil; suction cups għal magna tal-irfigħ; ċakkijiet idrawliċi; magni awtopropulsivi li jgħawġu l-pajpijiet;

    tordna r-rimbors tal-ispejjeż tagħha fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top