Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0291

    Kawża T-291/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/41


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-291/21)

    (2021/C 289/58)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Cathay Pacific Airways Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Rees u E. Estellon, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    Skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE, tordna lill-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea) sabiex tħallas:

    Kumpens finanzjarju li jikkorrispondi mal-interessi awtomatiċi fuq is-somma ta’ EUR 57 120 000 bir-rata ta’ interessi tal-BĊE għat-tranżazzjonijiet ta’ ffinanzjar mill-ġdid fl-1 ta’ Novembru 2010 (jiġifieri 1,0 punt perċentwali), miżjud b’3,5 punti perċentwali, għall-perijodu ta’ bejn l-10 ta’ Frar 2011 u l-4 ta’ Frar 2016, li jirriżulta f’ammont ta’ EUR 14 211 026,51 jew, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra xierqa; u

    Interess kompost fuq l-ammont ta’ interessi awtomatiċi għall-perijodu bejn il-5 ta’ Frar 2016 (jew, fin-nuqqas ta’ dan, mid-data li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa) u d-data ta’ ħlas attwali mill-Kummissjoni Ewropea tal-ammont mitlub f’dak is-subparagrafu ta’ qabel bir-rata ta’ interessi tal-BĊE għat-tranżazzjonijiet ta’ ffinanzjar mill-ġdid, miżjud bi 3,5 punti perċentwali jew, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa;

    Skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti ta’ dawn il-proċedimenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha għad-danni, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss. Ir-rikorrenti tallega li l-Unjoni Ewropea hija responsabbli skont l-Artikoli 266, 268 u 340 TFUE biex tħallas danni mhux kuntrattwali lir-rikorrenti li jammontaw għall-interessi awtomatiċi għall-perijodu ta’ riferiment.

    Insostenn tar-rikors tagħha għal annullament, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali se tannulla d-deċiżjoni kkontestata bħala l-bażi tagħha biex tiċħad ir-rikors bħala preskritt jikkostitwixxi żball ta’ liġi.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 (1) interpretat skont l-Artikolu 266 TFUE.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser r-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012 (2) interpretat skont l-Artikolu 266 TFUE.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali se tannulla d-deċiżjoni kkontestata (3) għaliex ma hijiex motivata biżżejjed.


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).

    (2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1).

    (3)  Nru. Ares(2021)2113498 tal-25 ta’ Marzu 2021.


    Top