EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0254

Kawża T-254/21: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2021 – Armadora Parleros vs Il-Kummissjoni

ĠU C 252, 28.6.2021, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/31


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2021 – Armadora Parleros vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/21)

(2021/C 252/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Armadora Parleros, SL (Santa Eugenia de Ribeira, Spanja) (rappreżentant: J. Navas Marqués, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 118 tar-Regolament Nru 1224/2009 li jirregola l-Politika Komuni tas-Sajd permezz ta’ ommissjoni, billi ma wettqitx kontroll u superviżjoni xierqa dwar l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-regolament mir-Renju ta’ Spanja, li jista’ jikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju lir-rikorrenti ARMADORA PARLEROS, S.L.;

tiddikjara li dan il-ksur tal-Kummissjoni kkawża dannu lir-rikorrenti ARMADORA PARLEROS, S.L., fit-telf tal-lucrum cessans mis-sajd għall-kavalli u l-merluzz fil-perijodu mill-2006 sal-2020;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lill-entità kummerċjali ARMADORA PARLEROS, S.L. ammont ta ’ DISA’ MILJUN, TMIEN MIJA U WIEĦED U TMENIN ELF, ERBA’ MIJA U ERBGĦA U TLETIN EURO u WIEĦED U SITTIN ĊENTEŻMU (EUR 9 881 434,61) bħala kumpens għad-danni, flimkien mal-interessi bir-rati legali u kapitalizzazzjoni tal-imsemmija interessi;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż legali kollha inkorsi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku.

Fil-fatt, ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni Ewropea b’aġir illegali. B’mod partikolari fir-rigward tal-ommissjoni fid-dmir tagħha ta’ sorveljanza u kontroll fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja dwar l-applikazzjoni effettiva tal-Politika Komuni tas-Sajd (iktar ’il quddiem il-“PKS”), u speċifikament tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 2, p. 70) u tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU 2009, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 355, p. 93, ĠU 2014, L 318, p. 34 u fil-ĠU 2015, L 149, p. 23). Isir riferiment b’mod partikolari għan-“nuqqas ta’ verifika tal-qawwa tal-magni tat-tkarkir li joperaw fl-ilmijiet tal-ibħra tar-reġjuni ta’ Cantabria u tal-Majjistral”.

Bħala riżultat ta’ dan il-ksur, ir-rikorrenti sofriet dannu bejn l-2006 u l-2020 minħabba l-impossibbiltà li tuża l-bastiment “Vianto Tercero” li, minħabba applikazzjoni ħażina tal-PKS, kellu jiġi skrappjat u konsegwentement, bl-ebda mod ma jista’ jintuża. Dan kollu ħoloq telf ekonomiku għall-kumpannija ARMADORA PARLEROS S.L.


Top