EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0245

Kawża T-245/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2021 –Varabei vs Il-Kunsill

ĠU C 252, 28.6.2021, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2021 –Varabei vs Il-Kunsill

(Kawża T-245/21)

(2021/C 252/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mikalai Mikalevich Varabei (Novopolotsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: G. Kremslehner, H. Kühnert, avukati, u M. Lester QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, b’effett immedjat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/353 tal-25 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 tal-25 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (2).

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi wieħed ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent jinvoka li l-Kunsill ma spjegax kif l-interessi tan-negozju tar-rikorrent juri jew li r-rikorrent jibbenefika minn jew inkella jsostni r-reġim ta’ Lukashenka. Bil-kontra ta’ dan, l-interessi tar-rikorrent fis-setturi taż-żejt, tat-tranżitu tal-faħam u Bankarju ma humiex ta’ tip jew ta’ daqs li jindikaw li r-rikorrent b’xi mod isostni jew jibbenefika mir-reġim .

Sussidjarjament, ir-rikorrent isostni li l-elenkar tiegħu ma jistax jiġi sostnut abbażi tal-fatt li huwa wieħed mis-sidien ta’ Bremino Group. Dan tal-aħħar la rċieva benefiċċji selettivi tat-taxxa u lanqas xi forma oħra ta’ sostenn mill-amministrazzjoni tal-Bjelorussja.


(1)  ĠU L 68,26.2.2021,p. 189.

(2)  ĠU L 68,26.2.2021,p. 29.


Top