Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0002

    Kawża T-2/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Emmentaler Switzerland vs EUIPO (EMMENTALER)

    ĠU C 62, 22.2.2021, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 62/45


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Emmentaler Switzerland vs EUIPO (EMMENTALER)

    (Kawża T-2/21)

    (2021/C 62/56)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Emmentaler Switzerland (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “EMMENTALER” – ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 378 524

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 2402/2019-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top