EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0731

Kawża T-731/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2022 – Společnost pro eHealth databáze vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività (2007 sa 2013) – Irkupru tas-somom imħallsa – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 119, 14.3.2022, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 21–22 (GA)

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2022 – Společnost pro eHealth databáze vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-731/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività (2007 sa 2013) - Irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 119/70)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Společnost pro eHealth databáze, a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Konečný, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, B. Araujo Arce u J. Hradil, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 6597 final tat-2 ta’ Settembru 2021 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 861 263 flimkien mal-interessi moratorji kif ukoll ta’ ammont għal kull jum ta’ dewmien b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2021.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top