Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0717

    Kawża T-717/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 119, 14.3.2022, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 119, 14.3.2022, p. 21–21 (GA)

    14.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 119/49


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-717/21 R)

    (“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2022/C 119/69)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: ICA Traffic GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hertwig u C. Vogt, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Mantl, B. Araujo Arce u M. Ilkova, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata ma tkomplix bl-akkwist, imħabbar mill-istqarrija għall-istampa tagħha tal-21 ta’ Settembru 2021, ta’ 100 robot ta’ diżinfezzjoni addizzjonali abbazi tal-konklużjoni ta’ wieħed mill-kuntratti qafas li jirrigwardaw il-kunsinna ta’ numru massimu ta’ 200 robot ta’ diżinfezzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja neċessarja għas-salvagwarda tal-istatu quo.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top