EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0540

Kawża T-540/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Jannar 2022 – Vivostore vs EUIPO – Linda (VIVO LIFE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 119, 14.3.2022, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 20–20 (GA)

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Jannar 2022 – Vivostore vs EUIPO – Linda (VIVO LIFE)

(Kawża T-540/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 119/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Vivostore Ltd (Winscombe, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Urek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, agenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Linda AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Jung, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1587/2020-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Linda u Vivostore

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Vivostore Ltd u Linda AG huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


Top