This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TB0497
Case T-497/21 R: Order of the President of the General Court of 20 October 2021 — Girardi v EUIPO (Interim relief — EU trade mark — Professional representation — Application for suspension of operation of a measure — No urgency)
Kawża T-497/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Girardi vs EUIPO (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentanza professjonali – Talba għal sospensjoni tal-urġenza – Nuqqas ta’ urġenza”)
Kawża T-497/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Girardi vs EUIPO (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentanza professjonali – Talba għal sospensjoni tal-urġenza – Nuqqas ta’ urġenza”)
ĠU C 502, 13.12.2021, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 502/30 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Girardi vs EUIPO
(Kawża T-497/21 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentanza professjonali - Talba għal sospensjoni tal-urġenza - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2021/C 502/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Giovanna Paola Girardi (Madrid, Spanja) (rappreżentant: G.Macías Bonilla, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u G. Predonzani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa waħda, tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar il-kapaċità tar-rikorrenti li taġixxi bħala rappreżentant quddiem l-EUIPO u, min-naħa l-oħra, il-parti tal-Linji Gwida tal-EUIPO għall-eżami tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rappreżentanza professjonali tal-avukati Spanjoli (Parti A, Sezzjoni 5, Anness 1).
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |