Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0439

    Kawża T-439/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2022 – Anglofranchise vs EUIPO – Bugrey (BOY LONDON) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/73


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2022 – Anglofranchise vs EUIPO – Bugrey (BOY LONDON)

    (Kawża T-439/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2022/C 359/91)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Anglofranchise Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi, N. Parrotta u R. Perotti, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Crespo Carrillo, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yuliya Bugrey (Milano, l-Italja) rappreżentant: D. Russo, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2021 (Każ R 459/2020-5), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Yuliya Bugrey u Anglofranchise.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    Anglofranchise Ltd u Yuliya Bugrey huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


    (1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


    Top