EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0099

Kawża T-99/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Construcciones Electromecánicas Sabero vs EUIPO – Magdalenas de las Heras (Heras Bareche) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Heras Bareche – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti MAGDALENAS DeLasHeras – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

ĠU C 119, 14.3.2022, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 16–16 (GA)

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Construcciones Electromecánicas Sabero vs EUIPO – Magdalenas de las Heras (Heras Bareche)

(Kawża T-99/21) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Heras Bareche - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti MAGDALENAS DeLasHeras - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2022/C 119/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Construcciones Electromecánicas Sabero, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, P. Román Maestre u D. Liern Cendrero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Magdalenas de las Heras, SA (Aranda de Duero, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra l-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 1019/2020-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Magdalenas de las Heras u Construcciones Electromecánicas Sabero.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Construcciones Electromecánicas Sabero, SL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 19.4.2021.


Top