Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0580

    Kawża C-580/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Settembru 2021 – EEW Energy from Waste Großräschen GmbH vs MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH

    ĠU C 502, 13.12.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 502/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Settembru 2021 – EEW Energy from Waste Großräschen GmbH vs MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH

    (Kawża C-580/21)

    (2021/C 502/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: EEW Energy from Waste Großräschen GmbH

    Konvenut: MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH

    Parti oħra: 50Hertz Transmission GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 16(2)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), flimkien mal-Artikolu 2(a) u (e) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li prijorità għall-finijiet tal-alimentazzjoni tal-grilja tal-elettriku għandha tingħata wkoll lill-installazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku li fihom dan jiġi ġġenerat permezz ta’ trattament termiku ta’ skart imħallat, liema skart jinkludi proporzjon varjabbli ta’ skart industrijali u muniċipali bijodegradabbli?

    2)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-għoti ta’ prijorità għall-finijiet tal-alimentazzjoni tal-grilja tal-elettriku previst fl-Artikolu 16(2)(c) tad-Direttiva 2009/28 huwa dipendenti fuq id-daqs tal-proporzjon ta’ skart bijodegradabbli użat fil-produzzjoni tal-elettriku bil-mod deskritt fl-ewwel domanda?

    3)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, fir-rigward tad-daqs tal-proporzjon ta’ skart bijodegradabbli, hemm limitu li taħtu r-regoli applikabbli għall-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma japplikawx għall-elettriku prodott?

    4)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, dan il-limitu jikkorrispondi għal-liema proporzjon ta’ skart bijodegradabbli, u kif għandu jiġi ddeterminat?

    5)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda, jekk l-elettriku, li parti minnu biss hija prodotta minn skart bijodegradabbli, jibbenefika mil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jista’ jiġi invokat ir-ratio legis tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2009/28 sabiex din il-leġiżlazzjoni tapplika biss għall-parti tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, liema parti tiġi għalhekk ikkalkolata abbażi tal-kontenut enerġetiku ta’ kull sors tal-enerġija?


    (1)  ĠU 2009 L 140, p. 16


    Top