This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0284
Case C-284/21 P: Appeal brought on 3 May 2021 by European Commission against the judgment of the General Court (Third Chamber, Extended Composition) delivered on 24 February 2021 in Case T-161/18, Braesch and Others v Commission
Kawża C-284/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla Estiża) fl-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-161/18, Braesch et vs Il-Kummissjoni
Kawża C-284/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla Estiża) fl-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-161/18, Braesch et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 252, 28.6.2021, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/18 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla Estiża) fl-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-161/18, Braesch et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-284/21 P)
(2021/C 252/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u K. Blanck, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Anthony Braesch, Trinity Investments DAC, Bybrook Capital Master Fund LP, Bybrook Capital Hazelton Master Fund LP, Bybrook Capital Badminton Fund LP
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tiddeċiedi hija stess fuq ir-rikors fl-ewwel istanza u tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli; u |
— |
tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tissottometti aggravju wieħed.
Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 1(h) tar-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Għajnuna mill-Istat (1) billi kklassifikat b’mod żbaljat lir-rikorrenti fl-ewwel istanza bħala “partijiet ikkonċernati” jew “partijiet interessati”.
Fuq din il-bażi, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kellhom locus standi sabiex jippreżentaw proċeduri taħt ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 263 TFUE kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4690 final tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47677 (2017/N) li tawtorizza għajnuna mill-Istat kompatibbli mill-Italja lil Banca Monte dei Paschi di Siena.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).