Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0268

    Kawża C-268/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (L-Isvezja) fit-23 ta’ April 2021 – Norra Stockholm Bygg AB vs Per Nycander AB

    ĠU C 252, 28.6.2021, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (L-Isvezja) fit-23 ta’ April 2021 – Norra Stockholm Bygg AB vs Per Nycander AB

    (Kawża C-268/21)

    (2021/C 252/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Högsta domstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Norra Stockholm Bygg AB

    Konvenut: Per Nycander AB

    Parti oħra fil-proċedura: Entral AB

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3) u (4) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (1) jikkonċernaw ukoll ir-regoli proċedurali nazzjonali relattivi għall-obbligi fil-qasam tal-obbligu li jiġu kkomunikati provi?

    2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jimplika li, waqt l-evalwazzjoni tal-punt jekk għandhiex tiġi ordnata l-komunikazzjoni ta’ att li fih data personali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-interessi tal-persuni kkonċernati? F’dan il-każ, id-dritt tal-Unjoni jimponi kundizzjonijiet relattivi għall-metodi ta’ din l-evalwazzjoni?


    (1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).


    Top