This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0251
Case C-251/21: Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Senāts) (Latvia) lodged on 21 April 2021 — SIA Piltenes meži v Lauku atbalsta dienests
Kawża C-251/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (Il-Latvja) fil-21 ta’ April 2021 – SIA “Piltenes meži” vs Lauku atbalsta dienests
Kawża C-251/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (Il-Latvja) fil-21 ta’ April 2021 – SIA “Piltenes meži” vs Lauku atbalsta dienests
ĠU C 252, 28.6.2021, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (Il-Latvja) fil-21 ta’ April 2021 – SIA “Piltenes meži” vs Lauku atbalsta dienests
(Kawża C-251/21)
(2021/C 252/19)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SIA “Piltenes meži”
Il-parti l-oħra għall-Appell: Lauku atbalsta dienests
Domandi preliminari
1) |
Il-pagamenti għall-mikroriżervi maħluqa fiż-żoni tal-foresti sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1)? |
2) |
L-għoti ta’ kumpens dovut għall-mikroriżervi maħluqa sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (2) huwa suġġett għar-restrizzjonijiet dwar il-pagamenti lill-impriżi f’diffikultà previsti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna, fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali, kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3)? |
(1) ĠU 2013, L 347, p. 487 u rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.