Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0250

    Kawża C-250/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ April 2021 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs O. Fundusz Inwestycyjny Zamknięty irrappreżentat minn O S.A.

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/26


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ April 2021 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs O. Fundusz Inwestycyjny Zamknięty irrappreżentat minn O S.A.

    (Kawża C-250/21)

    (2021/C 289/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellant: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

    Konvenut: O. Fundusz Inwestycyjny Zamknięty irrappreżentat minn O S.A.

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni għat-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-għoti u n-negozjar ta’ kreditu jew l-immaniġġjar tal-kreditu, tapplika għall-kuntratt ta’ sottoparteċipazzjoni deskritt fil-kawża prinċipali?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top