This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0224
Case C-224/21: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) (Portugal) lodged on 29 March 2021 — VX v Autoridade Tributária e Aduaneira
Kawża C-224/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Marzu 2021 – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira
Kawża C-224/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Marzu 2021 – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira
ĠU C 252, 28.6.2021, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Marzu 2021 – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-224/21)
(2021/C 252/18)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VX
Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 63 TFUE, fid-dawl tal-Artikolu 65(1) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema fiskali ta’ Stat Membru, f’sistema ta’ tassazzjoni diretta, fuq id-dħul personali, li fiha jikkoeżistu, fil-każ ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, u fir-rigward tad-dħul ta’ qliegħ kapitali fuq proprjetà miksub mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’dan l-Istat Membru, żewġ skemi legali li fihom wieħed (i) jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ rata […] fissa speċjali, proporzjonali, ta’ 28 %, fuq it-total tal-qliegħ kapitali (tax base) ikkalkolat skont ir-regoli ġenerali ta’ kalkolu (kwantifikazzjoni, quantum) ta’ dan il-qliegħ, u l-ieħor (ii) jirriżulta fl-applikazzjoni tal-iskema tar-residenti, sa fejn, ladarba jiġi kkalkolat il-qliegħ kapitali permezz tal-istess regoli ġenerali, jittieħed inkunsiderazzjoni biss nofs (50 %) ta’ dan il-qliegħ (tax base) u, b’mod obbligatorju, iseħħ il-kumulu (permezz ta’ inkrementazzjoni, għadd) tiegħu (dan il-50 % tal-qliegħ) mad-dħul ulterjuri dinji miksub f’din is-sena mill-persuna taxxabbli, sabiex b’hekk tkun tista’ tiġi kkalkolata r-rata applikabbli għat-total tad-dħul skont it-tabella ġenerali applikabbli għar-residenti (fejn ir-rati, progressivi fuq diversi livelli, imorru minn 14,50 % sa 48 %, liema rati jistgħu jiġu inkrementati b’massimu ta’ 5 % jekk l-ammont totali tad-dħul jeċċedi ammonti speċifiċi), li tiġi applikata, fil-każ ta’ persuni mhux residenti, biss għal dan id-dħul – għad-dħul ta’ qliegħ kapitali fuq proprjetà immobbli li fir-rigward tiegħu jittieħed inkunsiderazzjoni biss nofs dan il-qliegħ (filwaqt li fil-każ tal-persuna residenti r-rata hekk ikkalkolata tiġi applikata għal dan id-dħul u għad-dħul ulterjuri magħmul matul is-sena)? Għandu jingħad li l-għażla bejn sistema jew oħra possibbli ssir mill-persuna taxxabbli mhux residenti fid-dikjarazzjoni tad-dħul li għandha tissottometti fl-Istat Membru, il-Portugall, fejn dan l-obbligu jirriżulta f’kull sitwazzjoni, jiġifieri, sew jekk din tagħżel li tiġi ntaxxata mill-iskema ġenerali għal persuni mhux residenti (ara l-punt (i) iktar ’il fuq), kif ukoll jekk din tagħżel li tiġi ntaxxata mill-iskema għall-persuni residenti (ara l-punt (ii) iktar ’il fuq), fejn f’dik id-dikjarazzjoni għandha tindika waħda fost dawn iż-żewġ għażliet. Huwa fatt li l-obbligu ta’ dikjarazzjoni tal-persuni mhux residenti (sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni tad-dħul, Formola 3) diġà kien jeżisti anki qabel il-bidla leġiżlattiva li żiedet, fil-formola uffiċjali ta’ din id-dikjarazzjoni, il-possibbiltà li tintgħażel l-iskema tal-persuni residenti. Għandu jingħad ukoll li, meta jagħżel li jiġi ntaxxat mill-iskema għall-persuni residenti, il-persuna mhux residenti għandha tinforma (fl-istess dikjarazzjoni) l-ammont globali tad-dħul dinji tagħha fis-sena. […] |
2) |
L-Artikolu 63 TFUE, fid-dawl tal-Artikolu 65(1) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema fiskali ta’ Stat Membru, f’sistema ta’ tassazzjoni diretta, fuq id-dħul personali, li fil-każ (a) tal-persuni residenti t-tassazzjoni ssir billi jiġi akkumulat b’mod obbligatorju l-qliegħ kapitali, imnaqqas għal 50 % (tax base), flimkien mad-dħul dinji miksub fl-istess sena mill-persuna taxxabbli (mingħajr il-possibbiltà ta’ opt out), fejn b’hekk jiġi kkalkolat id-dħul globali annwali tal-persuna residenti, li fir-rigward tiegħu jiġu applikati r-rati progressivi fuq diversi livelli skont it-tabella ġenerali (u, wara li jsir it-tnaqqis/ħlasijiet personali), u fil-każ (b) tal-persuni mhux residenti t-tassazzjoni tad-dħul mill-qliegħ kapitali fuq proprjetà immobbli ssir permezz tal-applikazzjoni ta’ rata speċjali fissa fuq il-qliegħ kapitali total (tax base) (ara li jkun sar il-kalkolu tal-valur ta’ dan il-qliegħ mill-istess regoli applikabbli għall-persuni residenti)? Għandu jingħad li f’(a) ir-rati progressivi huma inklużi bejn 14,50 % u 48 % fejn ir-rata marġinali massima tista’ tiżdied b’rata ta’ massimu ta’ 5 % jekk l-ammont total tad-dħul jeċċedi ammonti speċifiċi, filwaqt li f’(b) ir-rata, speċjali, hija ta’ 28 %. |