Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0122

    Kawża C-122/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – Get Fresh Cosmetics Limited vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

    ĠU C 182, 10.5.2021, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/39


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – Get Fresh Cosmetics Limited vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

    (Kawża C-122/21)

    (2021/C 182/54)

    Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Get Fresh Cosmetics Limited

    Konvenut: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti imsemmija fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu huma dawk li, għalkemm ma jkunux oġġetti tal-ikel, ikollhom forma, riħa, kulur, dehra, imballaġġ, tikketta, volum jew daqs, li x’aktarx li l-konsumaturi, speċjalment tfal, jitfixkluhom ma’ oġġetti tal-ikel u bħala konsegwenza jqegħduhom f’ħalqhom, jew isoffuhom jew jibilgħuhom, li jista’ jkun perikoluż kif muri minn informazzjoni oġġettiva u sostanzjata u jista’ jikkawża, pereżempju, fgar, avvelenament, jew il-perforazzjoni jew ix-xkiel tas-sistema diġestiva?

    2)

    F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward jaqa’ fuq l-awtorità nazzjonali kompetenti li twettaq il-kontroll?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 8, p. 283.


    Top