This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0064
Case C-64/21: Request for a preliminary ruling from the Sąd Najwyższy (Poland) lodged on 2 February 2021 — Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. v Bank Handlowy w Warszawie S.A.
Kawża C-64/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-2 ta’ Frar 2021 – Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.
Kawża C-64/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-2 ta’ Frar 2021 – Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.
ĠU C 182, 10.5.2021, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-2 ta’ Frar 2021 – Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.
(Kawża C-64/21)
(2021/C 182/41)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k.
Konvenut: Bank Handlowy w Warszawie S.A.
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-kliem u tal-għan tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1), din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tagħti lill-aġent kummerċjali li jaħdem għal rasu dritt assolut għal kummissjoni fuq kuntratt konkluż waqt li kien għadu fis-seħħ kuntratt ta’ aġenzija ma’ terza persuna li huwa kien diġà kiseb bħala klijent fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-istess tip, jew dan l-intitolament jista’ jiġi eskluż fil-kuntratt?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.