Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CB0450

Kawża C-450/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Vercelli) – l-Italja – UC vs Ministero dell'Istruzione (Talba għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Il-punt 1 tal-klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kunċett ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” – Allowance mogħtija għas-sostenn tat-taħriġ kontinwu tal-għalliema u għat-titjib tal-kompetenzi professjonali tagħhom)

ĠU C 368, 26.9.2022, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Vercelli) – l-Italja – UC vs Ministero dell'Istruzione

(Kawża C-450/21) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” - Allowance mogħtija għas-sostenn tat-taħriġ kontinwu tal-għalliema u għat-titjib tal-kompetenzi professjonali tagħhom)

(2022/C 368/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Vercelli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UC

Konvenut: Ministero dell'Istruzione

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva esklużivament għall-persunal li jgħallem permanenti tal-Ministeru tal-edukazzjoni, u mhux għall-persunal li jgħallem, impjegat għal żmien determinat, ta’ dan il-ministeru, il-benefiċċju ta’ vantaġġ finanzjarju ta’ ammont ta’ EUR 500 fis-sena, mogħti għas-sostenn tat-taħriġ kontinwu tal-għalliema u għat-titjib tal-kompetenzi professjonali tagħhom, permezz ta’ karta elettronika li tista’ tintuża għax-xiri ta’ kotba u ta’ manwali, inkluż f’format diġitali, ta’ pubblikazzjonijiet, ta’ rivisti utli għall-aġġornament professjonali, ta’ hardware u ta’ software, għall-iskrizzjoni għal korsijiet ta’ aġġornament u ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetenzi professjonali, għall-korsijiet għal ksib ta’ lawrea, ta’ masters degree, speċjalizzat jew b’ċiklu uniku, marbutin mal-profil professjonali, jew ma korsijiet tat-tielet ċiklu jew mal-masters universitarji marbutin mal-profil professjonali, għall-attendenza għal rappreżentazzjonijiet teatrali jew ċinematografiċi, għall-aċċess għal mużewijiet, għal espożizzjonijiet, għal manifestazzjonijiet kulturali u għal spettakoli live, għal attivitajiet oħra ta’ taħriġ kif ukoll għax-xiri ta’ servizzi ta’ konnettività sabiex jiġi eżegwiti l-obbligi ta’ twettiq ta’ attivitajiet professjonali online.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021


Top