Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CB0133

    Kawża C-133/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Efeteio Athinon – il-Greċja) – VP, CX, RG, TR, et vs Elliniko Dimosio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni bejn il-ħaddiema impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat u dawk impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat – Assenza ta’ ġustifikazzjoni – Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”)

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/14


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Efeteio Athinon – il-Greċja) – VP, CX, RG, TR, et vs Elliniko Dimosio

    (Kawża C-133/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni bejn il-ħaddiema impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat u dawk impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat - Assenza ta’ ġustifikazzjoni - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”)

    (2022/C 359/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Efeteio Athinon

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: VP, CX, RG, TR, et

    Konvenut: Elliniko Dimosio

    Dispożittiv

    Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ħaddiem għal żmien determinat, li l-kuntratt tiegħu jkun kklassifikat bħala kuntratt ta’ xogħol, ma jkollux dritt li jirċievi remunerazzjoni ekwivalenti għal dik imħallsa lil ħaddiem għal żmien indeterminat għar-raġuni li jkun wettaq ix-xogħol tiegħu fl-ambitu ta’ kuntratt għal żmien determinat bl-għarfien tal-fatt li dan il-kuntratt kien intiż sabiex jirrispondi għal ħtiġijiet permanenti u fit-tul tal-persuna li timpjegah.


    (1)  ĠU C 206, 31.05.2021.


    Top