Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0286

    Kawża C-286/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ April 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ambjentali – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni ta’ Franza – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu “l-iqsar possibbli” li fih jinqabżu l-valuri limitu – Miżuri xierqa)

    ĠU C 237, 20.6.2022, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 237/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ April 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-286/21) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ambjentali - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni ta’ Franza - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu “l-iqsar possibbli” li fih jinqabżu l-valuri limitu - Miżuri xierqa)

    (2022/C 237/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u M. Noll-Ehlers, aġenti)

    Konvenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin u W. Zemamta, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Repubblika Franċiża,

    billi ma żguratx li ma jinqabiżx, b’mod sistematiku u persistenti, il-valur ta’ limitu għal kull jum stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10), mill-1 ta’ Jannar 2005 sas-sena 2019 inkluża, fl-agglomerazzjoni u ż-żona ta’ kwalità ta’ Pariġi (FR04A01/FR11ZAG01) u mill-1 ta’ Jannar 2005 sas-sena 2016 inkluża, bl-eċċezzjoni tas-sena 2008, fl-agglomerazjoni u fiż-żona ta’ kwalità Martinique/Fort-de-France (FR39N10/FR02ZAR01), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, moqri flimkien mal-Anness XI ta’ din id-direttiva, u

    billi ma żguratx li l-pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja jipprevedu miżuri xierqa sabiex il-perijodu li fih jinqabżu l-valuri limitu jkunu l-iqsar possibbli, naqset, f’dawn iż-żewġ żoni, sa mill-11 ta’ Ġunju 2010, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha.

    2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


    Top