Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0769

    Kawża T-769/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 62, 22.2.2021, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 62/42


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-769/20)

    (2021/C 62/53)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5616 final tal-11 ta’ Awwissu 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57586 (2020/N) – Estonia COVID-19: Recapitalisation and subsidised interest loan for Nordica;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u tal-Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex Jingħata Sostenn lill-Ekonomija Matul it-Tifqigħa Preżenti tal-COVID-19 billi kkonstatat li l-għajnuna tindirizza perturbazzjoni serja fl-ekonomija Estonjana, li Nordica hija eliġibbli għal għajnuna, u li l-kundizzjonijiet dwar distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, dwar ħruġ tal-Istat u dwar ristrutturar kienu ssodisfatti, u billi kisret l-obbligu tagħha li tiżen l-effetti pożittivi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjonijiet (jiġifieri t-“test tal-ibbilanċjar”).

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment li sostnew il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin tmenin.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas li jingħata bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali, mill-Kummissjoni Ewropea, minkejja diffikultajiet serji u fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti mill-istess Kummissjoni.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.


    Top