EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0332

Kawża T-332/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2021 – König Ludwig International vs EUIPO (Royal Bavarian Beer) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali Royal Bavarian Beer – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Dritt għal smigħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Karattru unitarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 1(2) tar-Regolament 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2021 – König Ludwig International vs EUIPO (Royal Bavarian Beer)

(Kawża T-332/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Royal Bavarian Beer - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Dritt għal smigħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Karattru unitarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 1(2) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 289/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: König Ludwig International GmbH & Co. KG (Geltendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u J. Stock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2020 (Każ R 1714/2019-4) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali Royal Bavarian Beer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

König Ludwig International GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


Top