EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0629

Kawża T-629/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Delifruit vs Il-Kummissjoni (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva klorpirifos – Determinazzjoni tal-livelli massimi ta’ residwu ta’ klorpirifos preżenti fi jew fuq il-banana – Regolament (KE) Nru 396/2005 – Tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli – Fatturi oħra leġittimi”)

ĠU C 359, 19.9.2022, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/64


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Delifruit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-629/20) (1)

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva klorpirifos - Determinazzjoni tal-livelli massimi ta’ residwu ta’ klorpirifos preżenti fi jew fuq il-banana - Regolament (KE) Nru 396/2005 - Tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli - Fatturi oħra leġittimi”)

(2022/C 359/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Delifruit, SA (Guayaquil, l-Ekwador) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, P. Sellar u S. Abdel-Qader, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u M. ter Haar, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, titlob l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1085 tat-23 ta’ Lulju 2020 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU 2020, L 239, p. 7, rettifika fil-ĠU 2020, L 245, p. 32, iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”), sa fejn dan jiffissa l-livell massimu ta’ residwu (iktar ’il quddiem il-“MRL”) għall-klorpirifos preżenti fi jew fuq il-banana għal 0,01 mg/kg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Delifruit, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


Top