Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0352

    Kawża T-352/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – St. Hippolyt vs EUIPO – Elephant (Strong like nature) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Strong like nature – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea STRONG NATURE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 502, 13.12.2021, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 502/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – St. Hippolyt vs EUIPO – Elephant (Strong like nature)

    (Kawża T-352/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Strong like nature - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea STRONG NATURE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2021/C 502/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: St. Hippolyt Holding GmbH (Dielheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Preduzeće za proizvodnju, unutrašnju i spoljnu trgovinu Elephant Co. d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas, avukata)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1909/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Preduzeće za proizvodnju, unutrašnju i spoljnu trgovinu Elephant u St. Hippolyt Holding.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    St. Hippolyt Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


    Top