EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0194

Kawża T-194/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – JF vs EUCAP Somalia (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Membru tal-persunal bil-kuntratt internazzjonali ta’ EUCAP Somalia – Missjoni li taqa’ taħt il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Perijodu ta’ tranżizzjoni previst mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Atti indissoċjabbli mill-kuntratt – Inammissibbiltà”)

ĠU C 359, 19.9.2022, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/62


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – JF vs EUCAP Somalia

(Kawża T-194/20) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Membru tal-persunal bil-kuntratt internazzjonali ta’ EUCAP Somalia - Missjoni li taqa’ taħt il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni - Dritt għal smigħ - Ugwaljanza fit-trattament - Nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - Perijodu ta’ tranżizzjoni previst mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Atti indissoċjabbli mill-kuntratt - Inammissibbiltà”)

(2022/C 359/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JF (rappreżentant: A. Kunst, avukata)

Konvenut: EUCAP Somalia (rappreżentant: E. Raoult, avukata)

Suġġett

Bir-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, prinċipalment, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tan-nota ta’ EUCAP Somalia tat-18 ta’ Jannar 2020 u tal-ittra tad-29 ta’ Jannar 2020 li permezz tagħha din iddeċidiet li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, kumpens għad-danni li allegatament sofra minħabba dawn l-atti u, sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, li l-atti kontenzjużi jiġu ddikjarati illegali kif ukoll kumpens għad-dannu li allegatament sofra minħabba dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JF huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


Top