Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0118

Kawża T-118/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ imballaġġ – Raġuni assoluta ta’ rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 62, 22.2.2021, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)

(Kawża T-118/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ imballaġġ - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 62/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Voco GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Spintig u S. Pietzcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Cottrell u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 978/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ imballaġġ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 978/2019-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


Top