Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62020CN0606

    Kawża C-606/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2020 – EZ vs Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

    ĠU C 62, 22.2.2021, s. 13—14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 62/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2020 – EZ vs Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

    (Kawża C-606/20)

    (2021/C 62/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: EZ

    Konvenuti: Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

    Domanda preliminari

    L-ewwel sentenza tal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999, u approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) (1), li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-trasportatur tal-ajru huwa eżonerat kompletament jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu fil-każ ta’ telf ta’ bagalji taħt l-Artikolu 17(2) ta’ din il-konvenzjoni meta, fil-bagalja tal-istiva minflok fil-bagalja tal-kabina, il-passiġġier jittrasporta tagħmir elettroniku ġdid jew daqslikieku ġdid, bħal ma hija kamera fotografika kompatta, tablet (iPad) u headphones mingħajr fil, u dan mingħajr ma jinforma b’dan lit-trasportatur tal-ajru u meta l-passiġġier seta’ raġonevolment jieħu dan it-tagħmir elettroniku miegħu fil-bagalja tal-kabina?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491.


    Alkuun