Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0066

    Kawża C-66/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra XK

    ĠU C 209, 22.6.2020, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra XK

    (Kawża C-66/20)

    (2020/C 209/08)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Procura della Repubblica di Trento

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    XK

    Parti oħra fil-proċedura: Finanzamt Münster

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 2(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1); – safejn jipprevedi li tista’ tkun ikkunsidrata wkoll bħala awtorità emittenti “kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ provi f’konformità mal-liġi nazzjonali”, billi tipprovdi f’dan il-każ, madankollu “qabel ma jintbagħat lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, l-OIE għandu jiġi vvalidat, wara eżami tal-konformità tiegħu mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ OIE taħt din id-Direttiva, partikolarment il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti” għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li jeżenta lil awtorità amministrattiva mill-obbligu li l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) tkun ivvalidata billi tikklassifikaha bħala “awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 2 tad-direttiva”.


    (1)  ĠU 2014 L 130, p. 1 u r-rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.


    Top