Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CB0378

    Kawża C-378/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Stadtapotheke E vs Bezirkshauptmannschaft Linz-Land (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal qorti imparzjali – Talba għal konċessjoni ta’ spiżerija ġdida – Obbligu li tintalab perizja mill-assoċjazzjoni tal-ispiżjara – Libertà professjonali u dritt għax-xogħol – Libertà tal-intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ spiżerija ġdida – Proporzjonalità – Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Artikolu 53(2) u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    ĠU C 182, 10.5.2021, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/24


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Stadtapotheke E vs Bezirkshauptmannschaft Linz-Land

    (Kawża C-378/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal qorti imparzjali - Talba għal konċessjoni ta’ spiżerija ġdida - Obbligu li tintalab perizja mill-assoċjazzjoni tal-ispiżjara - Libertà professjonali u dritt għax-xogħol - Libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ spiżerija ġdida - Proporzjonalità - Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 53(2) u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    (2021/C 182/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Stadtapotheke E

    Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Linz-Land

    fil-preżenza ta’: AW

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Oberösterreich, l-Awstrija), permezz tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2020.


    (1)  ĠU C 443, 21.12.2020


    Top