Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CB0321

    Kawża C-321/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – CDT, SA vs MIMR, HRMM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Effetti ratione temporis ta’ sentenza – Direttiva 93/13/KE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżoli kklassifikati bħala “inġusti” – Klawżola ta’ skadenza antiċipata – Tħassir parzjali tal-kontenut ta’ klawżola inġusta – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

    ĠU C 182, 10.5.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/23


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – CDT, SA vs MIMR, HRMM

    (Kawża C-321/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Effetti ratione temporis ta’ sentenza - Direttiva 93/13/KE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżoli kklassifikati bħala “inġusti” - Klawżola ta’ skadenza antiċipata - Tħassir parzjali tal-kontenut ta’ klawżola inġusta - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

    (2021/C 182/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CDT, SA

    Konvenuti: MIMR, HRMM

    Dispożittiv

    1)

    Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lill-qorti nazzjonali milli tastjeni ruħha li tapplika dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermettilha tirrevedi klawżola inġusta ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur f’sitwazzjoni fejn din id-dispożizzjoni, li ġiet iddikjarata li tmur kontra l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, permezz tas-sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C-618/10, EU:C:2012:349), kienet għadha ma kinitx is-suġġett ta’ emenda leġiżlattiva, konformement mal-imsemmija sentenza, fil-mument ta’ meta ġie konkluż dan il-kuntratt.

    2)

    Il-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li l-qorti nazzjonali, li kkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13, tirrevedi l-kontenut ta’ din il-klawżola, b’tali mod li l-imsemmija qorti hija obbligata li tiċħad l-applikazzjoni tagħha. Madankollu, l-Artikoli 6 u 7 ta’ din tal-aħħar ma jipprekludux lil qorti nazzjonali milli tissostitwixxi din il-klawżola b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, sakemm il-kuntratt ta’ self inkwistjoni ma jkunx jista’ jkompli jeżisti fil-każ ta’ tħassir ta’ din il-klawżola inġusta u fejn l-annullament tal-kuntratt fit-totalità tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment dannużi, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


    Top