EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0613

Kawża C-613/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – CS vs Eurowings GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(3) – Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” – Strajk tal-persunal tal-kumpannija tal-ajru – Strajk tal-persunal ta’ sussidjarja b’solidarjetà mal-persunal tal-kumpannija omm)

ĠU C 490, 6.12.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 490/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – CS vs Eurowings GmbH

(Kawża C-613/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Strajk tal-persunal tal-kumpannija tal-ajru - Strajk tal-persunal ta’ sussidjarja b’solidarjetà mal-persunal tal-kumpannija omm)

(2021/C 490/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CS

Konvenut: Eurowings GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ strajk intiża li jitwasslu t-talbiet tal-ħaddiema dwar il-paga u/jew benefiċċji soċjali, mibdija wara s-sejħa ta’ sindakat tal-persunal ta’ trasportatur bl-ajru operattiv b’solidarjetà ma’ dik li tnediet kontra l-kumpannija omm li tagħha dan it-trasportatur jikkostitwixxi waħda mis-sussidjarji, li hija segwita minn kategorija tal-persunal ta’ din is-sussidjarja li l-preżenza tagħha hija neċessarja sabiex titwettaq titjira u li tkompli lil hinn mit-terminu inizjalment imħabbar mis-sindakat li tkun sejħet l-istrajk minkejja li sadanittant ikun intlaħaq ftehim mal-kumpannija omm, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanza straordinarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


Top